DIRETTIVA TAL-KAMRA TAL-AVUKATI – Covid-19

 

 

DIRETTIVA TAL-KAMRA TAL-AVUKATI
Coronavirus Covid-19
11 ta’ Marzu 2020

 

Fid-dawl ta’ l-iżviluppi riċenti f’pajjiżna marbuta mal-virus Covid-19 u in segwitu għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet mogħtija mill-Prim Ministru l-bierah 10 ta’ Marzu 2020, il-Kamra ta’ l-Avukati tavża li sabiex ikun minimiżżat l-influss ta’ nies fil-bini tal-Qorti, l-avukati qed ikunu mħeġġa sabiex jinfurmaw lill-klijenti tagħhom sabiex ma jattendux għas-seduti. Din id-direttiva fil-mument tapplika għall-kawżċivili, u qed issir bi qbil mal-Ġudikanti.

Għal dak li jirrigwarda l-kawżi kriminali sommarji, li jattiraw numru sostanzjali ta’ nies lejn il-Qorti, qed isiru taħdiet kontinwi, inkluż mar-rappreżentanti tal-Ġudikanti u ma’ l-awtoritajiet kompetenti biex dawn is-seduti kemm jista’ jkun ikunu differiti, da sa llum għad mhemmx deċiżjoni definittiva fuq dan. Għaldaqstant, il-Kamra ta’ l-Avukati se tkun qed toħroġ aġġornamenti b’kull żvilupp illi se jkun hemm.

Fl-aħħar netil-Kamra tħeġġeġ lill-avukati kollha sabiex isegwu skrupolożament id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa minn żmien għal żmien. Dawk l-avukati illi jirritornaw minn safar minn dawk il-pajjizi identifikati mill-istess Dipartiment li jkunu jeħtieġu xi tip ta’ kwarantina, għandhom joqgħodu d-dar f’kwarantina. L-avukati illi ma jkunux f’pożizzjoni li jattendu l-Qorti minħabba l-kwarantina sfurzata għandhom jitolbu differiment permezz ta’ rikors, u jinfurmaw lill-avukat tal-kontro-parti bl-istess talba.

 

 

Av Stefan Camilleri
Segretarju Generali