Examination for Warrant for Advocate and Legal Procurator – Change of Date

OFFICE OF THE CHIEF JUSTICE

Examination for the Warrant to exercise the profession of Advocate and of Legal Procurator  – Change of Date

 

It is hereby notified for general information that the forthcoming session of the written part of the examinations for the Warrant to exercise the Profession of Advocate in terms of Article 81(f) of the Code of Organization and Civil Procedure and for the Warrant to practise as a Legal Procurator in terms of Article 87(e) of the said Code that was due to be held Friday, 12th June 2020 is being postponed due to the current situation caused by the Covid-19 outbreak, to Friday, 10 July 2020 (closing time and date for applications – 1:00pm 26th June, 2020).

 

Applications together with the documents in support of the legal requirements are to be submitted to the Registrar, Civil Courts and Tribunals by the closing dates for applications listed above. More information can be obtained from the office of the Registrar.

UFFIĊĊJU TAL-PRIM IMĦALLEF

Eżami għall-Warrants għall-Eżerċizzju tal-Professjoni ta’ Avukat u tal-Professjoni ta’ Prokuratur Legali – Bdil fid-Data

 

Ngħarrfu għall-informazzjoni ta’ kulħadd li s-sessjoni li jmiss għall-parti bil-miktub tal-eżamijiet għall-Warrant biex persuna teżerċita l-Professjoni ta’ Avukat skont l-Artikolu 81(f) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u biex teżerċita bħala Prokuratur Legali skont l-Artikolu 87(e) tal-imsemmi Kodiċi li kellha ssir nhar il-Ġimgħa, it-12 ta’ Ġunju, 2020 qed tiġi posposta, minħabba s-sitwazzjoni kkreata mill-Covid-19 għal nhar il-Ġimgħa, l-10 ta’ Lulju 2020 (ħin u data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet sas-1:00pm tat-26 ta’ Ġunju, 2020).

 

Applikazzjonijiet flimkien mad-dokumenti li jsostnu r-rekwiżiti mitluba mil-liġi għandhom jiġu sottomessi lir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali sad-dati tal-għeluq tal-applikazzjonijiet fuq imsemmija. Kull kandidat jingħata aktar tagħrif dwar l-eżami mir-Reġistratur.