Cirkulari lill-Membri fuq l-Entratura minn Triq Santa Luċija
2.10.2020
Aktar kmieni dalgħodu il-Kamra tal-Avukati ġiet infurmata li kien hemm problemi loġistiċi biex jiġu implementati l-miżuri miftehma aktar kmieni dwar l-entratura ghal avukati mill bieb li jagħti fuq Triq Santa Luċija bil-mod eżattament kif miftiehma.
Wara laqgħa oħra dalgħodu mal-amministrazzjoni tal-Qrati, rappreżentanti tal-prokuraturi legali, u wara insistenza tal-Kamra tal-Avukati li din il-miżura kienet neċessarja fost miżuri oħra, ġie milħuq ftehim dwar din il-materja, għalhekk l-avukati għandhom jinnotaw is-segwenti:
- L-entratura min Triq Santa Luċija ser tkun miftuħa għall-avukati, min nhar it-Tnejn 5 t’Ottubru, bejn it-08:30 u l-10:30 ta’ filgħ Dawn huma il-ħinijiet li normalment kun hemm l-akbar influss tal-avukati biex jidħlu fil-bini tal-Qorti.
- Wara l-10:30 ta’ filgħodu d-dħul ikun min kju separat mill-intrata prinċipali tal-Qorti. Sa dak il-ħin normalment il-kju ta’ nies biex jidħlu l-Qorti jkun ferm aktar aġevoli u allura mhux mistenni li jkun hemm stennija żejda.
- Il-Prokuraturi legali mhux ser jibdew jaħdmu fir-reġistru qabel 10:00 ta’ fil-għodu, biex b’hekk tonqos il-possibilità ta’ aggregazzjoni ta’ nies ħdejn u fir-reġistru.
Ikun utili illi ilkoll kemm aħna bħala professjoni ninnutaw dawn l-arranġamenti u nsegwuhom kemm jista’ jkun b’ dixxiplina biex b’hekk nevitaw disgwid.
Il-Kamra tixtieq tfakkar ukoll illi ir-reġistru mhux post fejn l-avukati jiltaqgħu mal-klijent tagħhom u m’għandux iservi t’uffiċju. Għalkemm fil-passat din setgħet kienet prassi tollerata, fiċ-ċirkustanzi preżenti u biex ma jinġabrux nies bla bżonn fir-reġistru din il-prassi mhix ser tkun tollerata aktar.
Ġiet iffissata laqgħa oħra bejn il-partijiet għal nhar il-Ġimgħa 9 t’Ottobru biex il-partijiet jieħdu konjizzjoni tal-miżuri kif ikun ħadmu matul il-ġimgħa biex jekk ikun il-każ issir reviżjoni tal-istess.