Dalgħodu l-Kamra tal-Avukati ġiet infurmata b’ direttiva li ħareġ il- Prim’Imħallef lill-ġudikanti kollha u li permezz tagħha, talab lill-ġudikanti biex jiddifferixxu kull proċedura jew kawza li mhumiex urġenti għal wara 11 t’April 2021.
Id-direttiva tal-Prim-Imħallef taqra hekk:
Direttiva tal-Prim Imhallef
Wara il-konferenza stampa tal-bierah 4 ta’ Marzu 2021 fejn il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tas-Sahha u s-Supretendent tas-Sahha indirizzaw mizuri godda kontra it-tixrid tal-marda Covid-19 minhabba iz-zieda fil-kazijiet, hi l-fehma tieghi illi jehtieg nghinu kontra l-istess tixrid u nipprotegu mhux biss lill-haddiema imma anki kull min ikollu bzonn jattendi fil-Qorti.
Ghal dan il-ghan qed nawtorizza lil gudikanti kollha sabiex jiddiferixxu kull procedura jew kawza li jidhrilhom ma humiex urgenti ghal wara l-11 ta’ April 2021.
Il-Qrati madankollu ser jibqghu miftuhin.
Nheggigkom sabiex kull gudikant jevalwa l-kawzi pendenti u jittiehed il-provvediment mehtieg kemm jista’ jkun malajr biex il-pubbliku jkun mgharraf.
F’dan il-kuntest il-Kamra tal-Avukati tħeġġeġ lil-membri tal-professjoni kollha biex jikkoperaw ma’ din id-direttiva u biex fejn kawzi jew proċeduri oħra għandhom smiegħ bejn illum u l-11 t’April 2021 u mhumiex ta’ natura urġenti, jitolbu huma stess differimenti.
Av. Louis de Gabriele
President