AVVIZ

12 ta’ Marzu 2021

 

In segwitu għad-direttiva maħruġa mill-Prim Imħallef fil-5 ta’ Marzu 2021 fejn ordna illi minħabba it-tixrid tal-marda Covid 19 għandhom jiġu differiti l-kawżi kollha għajr ghal dawk illi huma ta’ natura urġenti.

Illi bil-għan illi jiġu evitati problemi ta’ interpretazzjoni dwar it-tifsira ta’ każijiet urġenti, l-Kamra tal-Avukati ġiet mitluba sabiex toħroġ dan l-avviz dwar liema huma dawk il-każijiet illi għandhom jitqiesu bħala urġenti:

 

Fil-Kamp Penali

  • Kawżi fejn l-imputat ikun taħt arrest;
  • Kawżi fejn għadhom qed jinstemgħu l-provi dwar il-prima facie;
  • Kawżi dwar vjolenza domestika;
  • Kawżi illi huma relatati ma affarijiet tal-familja;
  • Presentati b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-għassa;
  • Kawżi illi huma differiti għas-sentenza;

 

Fil-Kamp Ċivili

  • Mandati ta’ Inibizzjoni;
  • Rikorsi revoka ta’ mandati;
  • Kawżi kostituzzjonali li huma ta’ ċerta urġenza;
  • Kawżi differiti għas-sentenza;
  • Kawżi bil-giljottina;
  • Każijiet fejn hemm termini perentorji;

 

Dawk il-kawżi kollha illi jistgħu jinstemgħu b’mod virtwali għandhom jsiru rrispettivament mill-urġenza o meno.