20.07.2023
Il-Kamra tal-Avukati tirreferi ghal konferenza tal-ahbarijiet li saret mill-Prim Ministru Robert Abela nhar it-tnejn 17 ta’ Lulju 2023, u ghal dak li huwa ddikjara dwar l-Inkjesta Magisterjali li ghaddejja fuq il-kaz tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Il-Kamra tinsab imħassba kif il-Prim Ministru għażel konferenza tal-aħbarijiet sabiex attakka l-istituzzjoni tal-gudikatura, ġudikatura li jaf tajjeb li mhiex f’posizzjoni tiddefendu ruħha.
Il-Kamra tinnota li l-procedura kif titmexxa inkjesta magisterjali hija regolata mill-Kodici Kriminali u li skond il-ligi, l-Magistrat ghandu sittin (60) gurnata sabiex jaghlaq inkjesta. Jekk dan ma jsirx, kif jipprovi l-Liġi, l-Magistrat għandu jlesti rapport li jiġi mgħoddi lill-Avukat Generali fejn jispjega r-raguni ghad-dewmien sabiex il-inkjesta tinghalaq. Imbaghad f’gheluq kull xahar sakemm tinghalaq il-inkjesta huwa ghandu jhejji rapport kull darba li jintbaghat lill-Avukat Generali.
Illi l-proċedura li segwiet din -Inkejsta Magisterjali mhiex waħda differenti mill-proċeduri li jsegwu l-Inkjesti Magisterjali ghalhekk huwa car li l-Magistrat ma jitlob l’ebda estensjoni ta’ terminu.
Il-Kamra tirravisa li r-rapport li jintbaghat lill-Avukat Generali huwa wiehed kunfidenzjali, li m’ghandux jigi divulgat bl’ebda mod mill-istess Avukat Generali. Il-Kamra tinsab imħasba kif din l-informazzjoni a konoxxenza biss tal-Avukat Ġenerali giet a konoxxjenza tal-Prim Ministru.
Il-Kamra tal-Avukati tapprezza li l-ġudikatura, mihiex lil-hinn mill-kritika, però tappella għal maturità sħiħa li f’kull każ tingħata stampa ċara, kompleta, fattwali u veritiera.
Il-Kamra tal-Avukati tieħu l-oportunita sabiex tistieden lill Ministru tal-Ġustizza tidiskuti magħha tibdil fil-proċedura li jista jħaffef il-konkluzjonijiet tal-Inkjesti Magisterjali peress li kull persuna interessata fl-esitu ta’ Inkjesta Magisterjali qed tbgħati bid-dewmien li numru kbir ta’ inkjesti qed jieħdu sabiex jingħalqu u dan fl-interess tal-Ġustizzja.