Stqarrija tal-Kamra tal-Avukati

25.07.2023

 

Il-Kamra tal-Avukati tirreferi għal dak li seħħ fl-4 ta’ Lulju 2023 waqt il-kumpilazzjoni Repubblika ta’ Malta kontra Roderick Cassar u għal kliem u l-ordni mhux xierqa li ngħataw mill-Magistrat Joe Mifsud.

Il-Kamra tiddeplora kemm il-kummenti li ngħaddew mill-Qorti kif ukoll il-ordni li ngħatat lill-Avukat Vella waqt il-istess seduta, kummenti u ordni  li uzurpaw il-manzjoni li fiha l-Qorti kienet qegħda teżerċita l-funzjoni tagħha, dik ta’ Qorti ta’ Kumpilazzjoni. Kummenti li ma jservu għal xejn għajr illi l-Poplu jitlef il-fiduċja fl-istess Ġudikatura, ħaġa li l-Ġudikatura ma jisthoqqiliex għax-xogħol li tgħamel u ordni intiza biss biex tumilja lill-Prosekutriċi fil-qadi ta’ dmirijietha.

Il-Kamra teżiġi li l-Qorti tirrispetta lill kull Avukat li jipprattika quddiemha u li ma jsirux kummenti personali u/jew ġenerali fil-konfront tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġeneral, uffiċċju bi rwol importanti fit-tħaddim tal-Ġustizzja f’ Pajjiżna.

Il-Kamra tesprimi s-solidarjeta’ tagħha mal-Avukat Angele Vella.