Il-Kamra tal-Avukati ħadet konjizzjonii tal-fatt li illum għalaq it-terminu għas-sejħa għan-nomini ta’ Avukati li huma interessati jiġu elevati għal bank tal-ġudikatura.
Il-Kamra tal-Avukati tappella lill-Eċċellenza tagħha, Il-President tar-Repubblika, Is-Sinjura Miriam Spiteri Debono sabiex, fil-bidu tal-Presidenza tagħha, fl-ewwel ħatriet li sejra tagħmel, tal-membri tal-Ġudikatura, tippublika biss l-ismijiet ta’ dawk li sejrin jinħatru u mhux dawk kollha eligibbli.
Il-Kamra hija konxja tar-rakkomandazzjoni mgħamula mill-Venice Commission, li l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati elegibbli għandhom ukoll jkunu ppublikati, biss il-Kamra ma taqbel assolutament xejn ma din ir-rakkomandazzjoni – rakkomandazzjoni li qed tikkrea skonfort għall-dawk il-kandidati li japplikaw u b’ħekk jikxfu l-intenzjoni tagħhom ma kulħadd oltre ma min jħaddimhom.
Il-Kamra tiddikjara li hi ser tappoġġja pubblikament lill-President tar-Repubblika jekk tgħażel li tgħamel dak li huwa verament fl-interess mhux biss ta’ min applika din id-darba, għall-wahda minn dawn in-nomini, iżda aktar u aktar fl-interess ta’ min huwa kompetenti għal dawn il-karigi u qiegħed jżomm lura milli japplika proprju minħabba l-pubbliċita li tingħata lill-applikazzjoni jekk jiġi ddikjarat eligibbli.