Stqarrija tal-Kamra tal-Avukati – 08.04.2023

Il-Kamra tal-Avukati ħadet konjizzjoni ta’ diversi artikoli li dehru fil-media lokali fejn ġie rappurtat illi kummpannija li kontra tagħha jidher li qedgħin jittiehdu passi legali tellat poster tal-avukat tal-kontro-parti mal-faċċata tal-istabbiliment tagħha bil-għan illi tirridikula lill-istess avukat.

Il-Kamra tal-Avukati tikkundanna bla ebda riservi dan l-agir, li hija tqies bħala tentattiv indirizzat speċifikament lejn l-avukat Jason Azzopardi biex b’xi mod tipprova tinfluwenza lill-istess avukat fil-qadgħi ta’ dmirijietu lejn il-klijenti tiegħu.  Il-Kamra tal-Avukati, terġa għal darb’oħra tieħu l-opportunità biex tikkundanna kull tentattiv fil-konfront ta’ membri tal-professjoni legali  li huwa ntiż bħala xi forma ta’ intimdazzjoni fi-konfront tal-avukat jew biex tfixxklu fil-qadi ta’ dmirijietu.

Huwa dover tal-avukat li jassisti bl-aħjar mod possibbli lill-klijenti tiegħu mingħajr m’għandu jkun assoġġetat għal attakki fuq il-persuna tiegħu.  Fi proċess avversarju huwa ovvju li l-kontroparti f’dak il-proċess ser ikollha xi tgħid u ma taqbilx ma dak illi avukat ser ikollu xi jgħid biex jagħmel il-każ tal-klijent tiegħu.  Hija kwistjoni ta’ maturità, illi dan ma jwassalx għal xi intimidazzjoni jew li jiġi ridikolat pubblikament l-avukat talli qiegħed jagħmel xogħolu. Ir-rwol tal-avukat huwa propju dak li jipparteċipa fil-proċess sħiħ biex issir ģustizzja u dan mingħajr mal-avukat ma għandu jiġi medesimat ma dak li allegatament ikun għamel il-klijent tiegħu jew pubblikament ikkritikat propju u sempliċiment għaliex qegħda dmiru.

Il-Kamra tal-Avukati temmen li ħadd ma għandu jimmina dan d-dritt fundamentali, tisħaq li sabiex tkun żgurata s-saltna tad-dritt huwa essenzjali li kull avukat jitħalla jaqdi d-dmirijiet u rwoli tiegħu professjonali fil-libertà u mingħajr xkiel, intimidazzjoni jew theddid.

Il-Kamra tal-Avukati tappella illi dan il-poster jitnehha b’mod immedjat u tirriserva illi tiehu dawk il-passi kollha spettanti liha f’kaz illi dan ma jsirx.

 

 

8 ta’ April, 2023