MJCL -Tibdil fil-Kodici Kriminali – Att I of 2018

L-emendi ġodda li daħlu fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ Att I tal-2018 li jemenda il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Permezz ta’ dan l-Att sar it-tibdil segwenti:

 

  1. Żdied l-artikolu 370 (4A) li bih il-Qorti tal-Maġistrati hi kompetenti li tista’ u tiddeċiedi l-każijiet kollha dwar reati li jkunu soġġetti għall-piena ta’ mhux aktar minn tnax-il sena priġunerija li kienu pendenti quddiem dik il-Qorti qabel is-17 ta’ Marzu 2015
  2. Fl-Artikolu 417 (1) tal-Kap 9 li jirregola ż-żmien li wieħed għandu biex idaħħal appell minn sentenza li tkun ingħatat mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.  Permezz ta’ dan l-Att it-terminu tal-appell issa sar 12-il jum tax-xogħol mingħajr ebda distinzjoni jekk hux appell  minn sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Maġistrati f’Malta jew mill-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex.  Dan ser jiżgura konformita u konsistenza fit-terminu li fih wieħed għandu jinterponi appell.
  3. Fl-Artikolu 419 (1) fejn jitkellem dwar x’għandu jkun fiħ ir-rikors tal-appell għandu jiġi mħassar il-kliem ‘taħt piena ta’ nullita’ – dan ma jfissirx li r-rekwiziti msemmija fis-subartikolu (1) jistghu ma jsirux imma jfisser li r-rikors ma jsirx null imma l-qorti tista’ tordna li dak in-nuqqas jigi sanat skont kif l-istess qorti tista’ tordna.
  4. Tibdil ieħor li sar huwa dak tat-terminu tal-appell minn eċċezzjonijiet preliminari fejn b’tibdil tal- Artikolu 499 (4) it-terminu tal-appell minn dawn l-eċċezzjonijiet gie estiż minn tliet ijiem għal ħamest ijiem.
  5. (i)   L-Artikolu 520 (1) il-kliem ‘jgħoddu għall-qrati tal-ġustizzja kriminali’ issa ġie sostitwit bil-kliem ‘jġħoddu mutatis mutandis għall-qrati tal-ġustizzja kriminali

(ii)  Fil-paragrafu (ċ) tal-artikolu 520 (1) apparti l-artikoli 175 u 205 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili issa ġew miżjuda wkoll is-subartikoli (4), (5) u (6) tal-artikolu 143

fejn jitkellem dwar x’għandu jkun fih rikors tal-appell

 

Maria Dolores Fenech
Registrar
Courts of Justice
+356 25902636  maria.d.fenech@gov.mt
www.justice.gov.mt  |  www.publicservice.gov.mt
Valletta 2018 – European Capital of Culture  www.valletta2018.org
Kindly consider your environmental responsibility before printing this e-mail
MINISTRY FOR JUSTICE, CULTURE AND LOCAL GOVERNMENTCOURTS OF JUSTICE, REPUBLIC STREET,
VALLETTA, MALTA