Press Release 111/24: Judgment of the Court in Case C-601/22

The prohibition of hunting wolves in Austria is valid

A derogation from that prohibition to prevent economic damage is only to be granted if the wolf population is at a favourable conservation status, which is not the case in Austria

CP240111EN

Save the Date!The Chamber of Advocates is organising it’s annual Summer Party on 25 July at 7.30pm at Tigne Beach Club in Sliema. Tickets cost 45 euro and bookings can be made by sending an email to events@avukati.org.

 

 

Stqarrija għall-istampa

Maħruġ illum, 10 ta’ Mejju 2024    

Malta u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Seminar organiżżat mill-Kamra tal-Avukati bil-kooperazzjoni tad-Diviżjoni tal-Ilsien Malti fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-għoxrin anniversarju tal-adeżjoni ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea – 10 ta’ Mejju 2024, Dar l-Ewropa.

————————

Diskors ta’ Dr Peter Fenech, President tal-Kamra tal-Avukati

L-Unjoni Ewropeja mill-Perspettiva Maltija

Grazzi Sinjuri Imħallfin, Ministru, Mistiednin distinti u Kollegi.

Huwa pjaċir tiegħi illum inqatta ftit minuti nesprimi l-ħsibijiet tiegħi dwar dan l-anniversarju u kif dan laqat u qiegħed jolqot il-professjoni legali kull jum.

L-ottika tad-diskors tiegħi naturalment hija ffukata fuq l-aspettattiva tal-professjoni legali, Maltija u Għawdxija, illum li mill-ġurnata tas-sħubija għaddew għoxrin sena.

Ħafna minna hawn ġew kellhom l-opportunita personalment jgħixu l-effetti tas-sħubija fuq il-professjoni, minn lat jew ieħor. Iżda tajjeb li llum nieqfu nirriflettu sewwa kif il-professjonisti ġewwa xtutna jaraw l-Unjoni Ewropeja, kif ukoll il-gwadann mis-sħubija tagħna fiha.

Naħseb li ilkoll naqblu li minkejja d-diffikultajiet li nirriskontraw bħala professjoni fit-tħaddim tal-liġijiet ewropej, l’s-sħubija ġabet magħha aktar vantaġġi minn żvantaġġi kemm għalina professjonisti u għal poplu li jisserva mill-professjoni tagħna.

Għalina li naħdmu fil-professjoni lokalment ir-realta ġġib magħha diversi sfidi.

Iżda fiċ-ċirkostanzi li qiegħed jgħix pajjiżna llum, huwa dmir tiegħi li l-ewwel u qabel kollox nitfa’ d-dawl fuq wieħed mill-prinċipji ewlenin li fuqhom hi msejsa l-Unjoni Ewropea – il-prinċipju li l-ebda persuna mhix meqjusa ‘l fuq mill-liġi u li kulħadd hu soġġett għas-saltna tad-dritt u għall-ġustizzja kif applikata mill-Qrati tagħna.

Intom tafu li l-Kamra tal-Avukati qatt ma qagħdet lura, u qatt mhu ser toqgħod, milli titkellem u taġixxi biex tara li dawn il-prinċipji jitwettqu fil-ħajja ta’ kuljum tal-poplu tagħna. Jekk l-attakki fuq il-ġudikatura li qed nassistu għalihom f’dan iż-żmien mhumiex aċċettabbli għall-diversi setturi fil-Pajjiż, wisq aktar mhumiex aċċettabbli għall-Kamra tal-Avukati.

Tajjeb ngħid li s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea illum tagħtina għodda importanti li nistgħu nirrikorru għaliha biex niddefendu s-saltna tad-dritt, l-indipendenza, l-imparzjalità u l-unkolumità tal-gudikanti – imħallfin u maġistrati. Nittamaw li l-valuri li bil-fomm kulħadd jistqarr f’din l-art ħelwa, ikunu il-valuri li fl-aħħar mill-aħħar jagħtu id-dehen lil min jaħkimha….

Mill-ħajja tagħna ta’ kuljum fil-professjoni tagħna nafu li l-Unjoni Ewropeja ġabet opportunitajiet kbar għal professjoni legali. Forsi fost l-akbar, fl-umli opinjoni tiegħi, ġabet l-aċċertazzjoni tal-liġijiet minn Qorti indipendenti oħra, żgur ħielsa minn diversi allegazzjonijiet li jistgħu jitressqu, u li bla dubbju jitressqu f’ pajjiz zgħir bħal tagħna ta’ sikwit. Il-fatt li wieħed jista’ jirrikorri ġewwa l-Lussemburgu, jagħti element ta’ serħan il-moħħ importanti  għall-poplu taghna.

Naturalment is-sħubija ġabet magħha diversi opportunitajiet bħalma huma l-impjiegi fid-diversi taqsimiet, fid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-opportunita tal-iskambju tal-esperjenzi akkademici ma’ kollegi ewropej.

Nemmen li s-sħubija ġabet magħha effett kbir fejn jirrigwarda  t-tiġdid tal-liġijiet. Filwaqt li lkoll naqblu li kien hemm bżonn aġġornament ta’ uhud mill-liġijiet tagħna… jiġu f’moħħi, liġijiet bħas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u l-liġijiet tal-kera u tal-proprjeta.

Ma nistax ma nesprimiex it-tħassib tal-professjonisti li qed isibuha ta’ sfida biex ilaħħqu jassorbu l-volum ta’ liġijiet li jsiru ġodda jew jiġu emendati minħabba d-Direttivi Ewropej.  Nemmen ukoll li kultant il-politiku jsiba faċli jwahhal fl-Unjoni Ewropea għal xi ligi li jkun għadda hu stess meta jrid jkopri lilu innifsu minn xi element ta’ kritika li ssir mill-poplu.

Irridu nirrikonoxxu li l-Liġijiet mhumiex dejjem user friendly u dan iwassalni għal ħsieb ieħor, il-ħtiega tal-aġġornament tal-professjonisti għal-liġijiet fis-seħħ kif ukoll ta’ dawk li qed jitbiddlu jew proposti godda.

Jekk nibda bil-professjonisti, zgur li ma nistax ma nilmentax dwar in-nuqqas ta’ continued professional development f’dan il-qasam. Huwa evidenti nuqqas ta’ refresher courses fuq liġijiet importanti, fuq liġijiet li jaffettwaw lil professjoni tagħna, għarfien ta’ sentenzi ta’ importanza.

Huwa evidenti ukoll id-diffikolta tal-Kamra tal-Avukati li ssemma leħinha dwar liġijiet Ewropej, diffikoltajiet riżultat ta’ nuqqas ta’ rizorsi, nuqqas ta’ finanzjament fost affarijiet oħra sabiex wieħed jipparteċipa fuq l-istess livelli li bihom jippartecipaw għaqdiet ta’ Avukati Ewropej.

Dawn id-diffikoltajiet jittraduċu ruħhom imbgħad fin-numri li ma jqarqux. Ftit huma dawk ir-riferenzi li jintalbu lill -Qrati ta’ Lussumburgu, ftit huma l-appelli intavolati quddiem l-istess Qrati. Irridu, f’okkazjoni bħal dik tal-lum, nistaqsu l-għaliex, l-avukati Maltin u Ghawdxin mhumiex qiegħdin iħarsu lejn din l-opportunita, mhumiex jużufruwixxu ruħhom minn din l-opportunita daqs il-kollegi Ewropej, sabiex jassiguraw is-saltna tal-liġi interpretata korrettament.

Jiena infittex u naħseb fuq li raġuni prinċipali nikkonkludi li hemm in-nuqqas ta’ għarfien tas-sistema ġudizzjarja ewropeja :

Kif titħaddem,

Biex titħaddem,

Hijiex verament effettiva,

Għalxiex titħaddem,

X’tiswa lil klijent sabiex titħaddem.

Insaqsi ukoll jekk mill-Universita, aħniex qed nilħqu l-għanijiet tagħna f’dan is-suġġett? Fuq dan ma nafx biżżejjed.

Il-Kamra temmen f’dan it-tielet saff ta’ ġustizza iżda dan it-twemmin ma jridx jibqa biss fuq livell ideologiku jew filosofiku; hemm il-bżonn li jitħaddem aktar. Hemm bżonn ta’ intervent strateġiku li jwassal għall għarfien u użu aħjar tiegħu.

Il-Kamra temmen li hemm bżonn immedjat tal-introduzzjoni tal-Att li jirregola l-professjoni legali u dan ser iġib miegħu l-obbligu ta’ taħriġ kontinwu, dan is-suġġet u l-proċedura għandha tkun fost is-suggetti ewlenin ta’ dan it-taħriġ.

Taħrig li hemm bzonn fuq kull saff, l-Avukati, l-Ġudikanti kif ukoll il-pubbliku, għaliex le. Naċċertakom li hemm barra l-pubbliku ma jafx biżżejjed dwar dawn id-drittijiet tiegħu aħseb u ara kemm jaf bl-opportunita li jista jkollu, Qorti oħra li terġa tikkunsidra l-punt legali tiegħu.

Jiena nemmen li l-Avukati għadhom jaraw din l-opportunita ta’ saff ieħor ta’ ġustizzja, il-bogħod minn xtutna. Għalkemm l-entità finanzjarja tal-kawżi tagħna ġeneralment huma skont il-qies ta’ Pajjiżna, il-prinċipji involuti huma tal-istess importanza għaliex il-prinċipji ma jitkejjlux mill-qies tal-pajjiż.

Nemmen li lkoll flimkien għandna naħdmu aktar għall-għarfien, nemmen li dan l-anniversarju għandu jixpruna lilna ilkoll, inkluż il-Membri Parlamentari Ewropej, li fil-qasam tagħna ftit li xejn narawhom, issa li gejja l-elezzjoni narawhom aktar żgur mhux forsi, sabiex nikkreaw aktar għarfien, noħolqu aktar opportunitajiet ta’ taħriġ sabiex pajjizna verament igawdi minn din l-opportunita.

Grazzi

Peter Fenech

President Kamra tal-Avukati.

Stqarrija għall-istampa – Reazzjoni tal-Kamra tal-Avukati b’risposta għad-diskors tal-Prim Ministru.

 

Il-Kamra tal-Avukati tħoss li għal darb oħra għandha toħroġ stqarrija bħala reazzjoni għad-diskors li għamel il-Prim Ministru matul il-Kungress Ġenerali tal-Partit Laburista, lbieraħ il-Ħadd 28 ta’ April 2024.

Illi bid-diskors tiegħu, l-Prim Ministru reġa għamel attakk dirett fuq il-ġudikatura. Dan l-attakk sar proprju meta ġiet mniedja l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kamra qegħda tagħmel referenza lejn il-parti tad-diskors tiegħu fejn huwa sostna li, “l-ġustizzja m’għandhiex tiġi abbużata għal skopijiet partiġjani wisq anqas għandha tkun ffukata biex tagħmel l-akbar ħsara elettorali. Dan il-kliem għidtu madwar tlett xhur u nofs ilu, hawn barra, lil ġurnalisti. Il-ġustizzja ma tfissirx terroriżmu politiku, l-ġustizzja onesta u tpattija politika ma jgħixux flimkien.”

Illi l-Kamra tixtieq tissottolinea li l-Prim Ministru  mhuwiex biss il-Kap tal-Partit Laburista iżda huwa wkoll l-Prim Ministru ta’ Malta u għalhekk għandu l-obbligu li jiżen sewwa l-kliem li juża mingħajr ma jimmina l-ġudikatura u x-xogħol tagħha. Il-ġudikatura għandha titħalla fil-liberta` li twettaq ix-xogħol tagħha mingħajr xkiel u mingħajr ma tħares lejn ħadd.

Il-Kamra trid terġa tenfażizza li hija l-ġudikatura biss li tissalvagwarda s-setgħa tad-dritt u li tista` tiggarantixxi ġustizzja għal kulħadd. Kwalunkwe kritika lejn il-ġudikatura m’għandhiex issir għal skopijiet politiċi u partiġjani.

 

Maħruġ illum, 29 ta’ April 2024

 

English

Maltese

Press

Fl-għoxrin anniversarju tal-adeżjoni ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, il-Kamra tal-Avukati, bil-kooperazzjoni tad-Diviżjoni tal-Ilsien Malti fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, ser torganizza seminar:

MALTA U L-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju, 2024, fid-09:00 

fis-sala tal-konferenzi, Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea għal Malta, Dar Ewropa, Valletta.

Wara d-diskors ta’ ftuħ tal-Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor. Dott. Jonathan Attard, ser jiġi ppreżentat il-ktieb imniedi mid-Diviżjoni tal-Ilsien Malti bl-istess titolu, fil-preżenza tal-Prim’Imħallef, l-Onor. Dott. Mark Chetcuti.

Kelliema: Prof. Peter Xuereb, Imħallef, Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, Prof. Eugene Buttigieg, u Dott.ssa Ramona Frendo, Imħallfin fil-Qorti Ġenerali tal-UE, Dott. Peter Fenech, President, Kamra tal-Avukati, u Joseph Izzo Clarke, Kap, Diviżjoni tal-Ilsien Malti.

Reġistrazzjoni: ibgħat email fuq events@avukati.org sas-6 ta’ Mejju 2024.

 

A seminar being organised by the Malta Law Academy on the occasion of the publication of the recent book by Dr David Fabri on the Laws of Companies (including Cooperatives).

Main Speakers:

Introduction by Prof Tonio Borg

Dr Kris Borg

Dr Conrad Portanier

Dr David Fabri

 

Date: Wednesday, 24th April 2024

Time: 1200 hrs to 1300 hrs

Venue: Chamber of Advocates – Conference Hall

 

Registration is on first-come, first-served basis. To book a place, send an email to events@avukati.org 

The Chamber of Advocates and Richmond Foundation are organising an information seminar entitled, Mindful Advocacy: Cultivating mental wellbeing for lawyers, on Friday 22nd March 2024 at 12:30 hours.

This one-hour event aims to look at mental wellbeing within the legal profession. This will be done by outlining the challenges faced within the profession, as well as other personal struggles that might be experienced. The session will enable participants to obtain various tools that can support them in challenging situations.

Members of the legal profession as well as HR managers within legal firms are encouraged to attend. To register for the event, send an email to events@avukati.org by Thursday 21st March 2024. (This event is free of charge.)

We look forward to initiating the discussion and promoting the importance of mindfulness and mental wellbeing for members of the legal profession.