Gwida ghall-Prattika

News Admin
Legal professionals

Illi minħabba l-fatt li l-Kamra tal-Avukati qiegħda tirċievi ħafna mistoqsijiet dwar il-prattika, ddeċidiet li toħroġ dan l-Avviz.

Għalkemm il-Kamra tal-Avukati tinnota li fuq il-website tagħha diġà hemm ippublikata rapport dwar il-mod kif għandha ssir il-prattika, hija tixtieq inpartikolar tinnota illi –

https://avukati.org/wp-content/uploads/2026/01/Pupillage-Guidelines-2018-2-1.pdf

  • Il-prattika għandha terminu ta’ sena u tista’ tibda ssir matul kwalunkwe perijodu ta’ żmien minn meta tibda l-aħħar sena tal-kors akkademiku;
  • Il-prattika mhix intenzjonata sabiex tkun “full-time”, iżda għandu jkun hemm bilanċ bejn il-kors u l-ħin neċessarju sabiex issir il-prattika;
  • Il-prattika għandha ssir ma’ avukat li għandu l-warrant biex jipprattika fil-qrati ta’ Malta u li effettivament jipprattika fil-qrati;
  • Il-prattika tista’ ssir ma’ aktar minn avukat wieħed, għalkemm ikun aktar ġust li din ssir ma’ avukat wieħed jew tnejn l-aktar sabiex dawn ikunu jistgħu jevalwaw tajjeb il-progress tal-istudent matul dan il-perijodu;
  • Illi l-prattika ma tistax ssir ma’ avukati li jaħdmu f’istituzzjonijiet finanzjarji jew bankarji;
  • L-istudenti huma mheġġin sabiex jattendu għal kull seduta ta’ xejra ġudizzjarja li jkollhom l-opportunità li jattendu.

Related Articles