Request for Press Releases on Bill 125 / Act VIII

News Admin
Legal professionals


Is-Sibt 8 ta’ Frar 2025.


Stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kamra tal-Avukati.


Il-Kamra tal-Avukati tgħamel riferenza għall-abbożż ta’ liġi Numru 125, imsejjaħ Att sabiex ikompli
jemenda l-Kodiċi Kriminali, ppublikat fil-31 ta’ Jannar 2025, u qiegħda tressaq il-veduti tagħha filqosor
dwar l-abbozz propost, b’riżerva li tikkummenta f’aktar dettall il-quddiem jekk ikun il-każ.
Il-Kamra tal-Avukati jidhrilha li l-abbozz propost jitratta materja li jolqot drittijiet li illum għandu lpoplu
Malti u Għawdxi u ma tifihmx l-għaġġla li abboz ppublikat biss tmiet ijiem ilu, jitressaq
minnufiħ għall-kunsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati mingħajr il-possibilità ta’ studju serju millpartijiet
interessati kollha. Il-Kamra temmen li dan l-abbozz għandu jiġi diskus u analizzat b’kalma
u fid-dettal li jimmerita, peress li lil hinn mid-drittijiet involuti l-emendi jistgħu jolqtu direttament
proċeduri oħra ġa mibdija jew li jistgħu jinbdew, b’ konsegwenzi serji.
Il-Kamra tal-Avukati ma ssibx diYikultà li jitressqu emendi sabiex proċeduri għal ftuħ ta’ inkjesti u
l-andament tal-istess inkjesti jkunu dejjem aktar trasparenti, iżda ma tista’ qatt taqbel li jiddaħlu
emendi li jxekklu d-dritt taċ-ċittadin li jiddenunzja kull abbuż riskontrat minnu b’ manjiera
eYettiva, cioè b’mod li tali denunzja tiġi segwita b’investigazzjoni prattika u eYettiva. Għall-Kamra
tal-Avukati l-eliminazzjoni tad-dritt taċ-ċittadin li jirrikorri direttament għand Maġistrat inkwirenti
sabiex jirraporta abbuz , mhix aċċettabli.


Il-Kamra tal-Avukati tqis li għandha tkun il-Qorti, u mhux il-Pulizija, li tiddetermina jekk jissustux
raġunijiet sabiex tinfetaħ inkjesta.


Il-Kamra tal-Avukati, kif ġja espress preċedentement fl-ewwel kummenti tagħha dwar dan labbożż,
taqbel li ħadd ma għandu jabbuza minn ebda proċeduri legali, u mhux biss dawk li
jitrattaw il-ftuħ ta’ xi inkjesta, iżda dan ma jfissirx li li kull meta jkun hemm suspett ta’ abbuz
jiddaħlu miżuri restrittvi li jxekklu l-eYikaċja tal-istess dritt li, sal-lum, igawdu minnu ċ-ċittadini
Maltin u Għawdxin.


Il-Kamra tal-Avukati tinnota anomalija in prinċipju fl-abbozz imressaq u dan peress li l-emendi
qedgħin jorbtu idejn il-Ġudikatura u ċ-ċittadini, filwaqt li l-istess poteri f’idejn il-Pulizija ma ġewx
ristretti.


Filwaqt li l-Kamra tal-Avukati tgħaraf il-ħtieġa li l-inkjesti ma għandhomx jitwalu inutilment u dan
minħabba l-fatt li l-persuni suspettati ukoll għandhom id-drittijiet fondamentali tagħhom,
jidhrilha ukoll li mhuwiex fl-interess tal-ġustizzja li inkjesta tingħata terminu u espert jkollu
jirrapporta fuq l-evidenza li ġabar sa dak it-terminu. Investigazzjonijiet mill-Pulizja, meta jsiru, ma
jiġi impost fuqhom ebda terminu. Ma tifihmx ukoll għala, ġaladarba l-Pulizija qatt ma tinfurma lillxi
suspettat/a dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet għaddejin fil-konfront tas-suspettat/a, għaliex
suspettat/a suġġett għall-inkjesta bil-Maġistrat għandu jiġi mgħarraf bl-esitu tal-istess
investigazzjoni.


Il-Kamra tgħamel riferenza għall-livel ta’ prova meħtieġa sabiex tinfetaħ inkjesta u jidhrilha li lprova
neċċessarja għandha tkun dik ta’ suspett. Il-provi ammissibbli għandhom jiġabru proprju

matul l-indagni approfondita, u mhux jiġu preżentati fil-bidu tar-rapport mid-denunzjant. Il-Kamra
tal-Avukati jidhrilha li jkun opportun li l-Maġistrat Inkwirenti għandu jgħati digriet entro sittin
ġurnata mit-talba sabiex tinfetaħ inkjesta minn ċittadin privat jekk hemmx il-bazi li tipproċedi linkjesta.
Il-Kamra tal-Avukati tagħmel riferenza għad-diskors li sar dwar hearsay evidence u ġġib għallattenzjoni
ta’ dawk li forsi ma jafux, il-fatt li l-Qorti Ewropeja għal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-
Bniedem ilha sa mis-sena 2011 li għarfet li hearsay evidence f’ċerti ċirkostanzi u taħt ċerti
kundizzjonijiet, hija ammissibli. La darba din hija ammissibli minn qorti kriminali sabiex jinstab
ħtija ma tarax l-għaliex din il-prova ma għandhiex tkun biżżejjed sabiex tinfetaħ inkjesta jekk iċċirkostanzi
hekk jimmeritaw.


Il-Kamra tara diffikultà fl-abbozz imressaq għal dak li jirrigwarda r-restrizzjoni imposta fuq lesperti
li jesprimu l-opinjoni tagħhom meta dan huwa permess f’bnadi oħra tal-liġijiet tagħna u
mhux biss fil-Kodiċi Kriminali. Issib diYikultà ukoll taċċetta li l-ħlasijiet tal-esperti għandhom
jkunu bbazati fuq rati normalment imħallsa ġewwa Pajjizna għaliex dan mhuwiex dejjem fattibli,
kif ukoll li d-diskrezzjoni tal-Prim Imħallef li jawtorizza ħlasjiet lill-esperti lill hinn mill-valur ta’
ħamsin elf, trid tiġi diskussa mal-Avukat Ġenerali. L-uYiċċju tal-Prim Imħallef għandu jgawdi
fiduċja u din għandha tkux diskrezzjoni assoluta tiegħu u tiegħu biss.
Dwar l-iskrutinju tal-esperti, Il-Kamra tal-Avukati tgħamel riferenza għall-osservazzjonijiet
magħmula fil-ftuħ tas-sena forensi 2024, meta l-Kamra, minn jedda kienet ressqet suggerimenti
fuq dan il-fatt, suggerimenti li dak iż-żmien waqgħu fuq widnejn torox.
Il-proposti imressqa jafu jinċidu fuq id-diskrezzjoni u l-awtonomija tal-Magistrat lill hinn middewmien
li dawn jistgħu jġibu magħom.


Il-Kamra tal-Avukati finalment jidhrlha li ħadd m’hu ‘l fuq mill-liġi u ħadd ma għandu jiġi eskluż
milli jirrispondi għal għemilu, hu minn hu, u jokkupa liema kariga jokkupa.
Il-Kamra tal-Avukati.

Related Articles